Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Il-Kummissjoni Ewropea tieħu ħsieb dan is-sit web biex ittejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u l-politiki tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. L-għan tagħna hu li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekktiġbdulna l-attenzjoni għal xi żbalji, se nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, il-Kummissjoni ma taċċetta ebda responsabbiltà fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni

  • hi ta' natura ġenerali biss u mhix intenzjonata biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' xi individwu jew entità partikolari
  • mhix neċessarjament komprensiva, kompleta, preċiża jew aġġornata
  • hi xi drabi llinkjata ma' siti esterni li mhumiex taħt il-kontroll tas-servizzi tal-Kummissjoni u li għalihom il-Kummissjoni ma tassumi ebda responsabbiltà
  • mhix parir professjonali jew legali (jekk għandek bżonn ta' parir speċifiku, int għandek dejjem tikkonsulta professjonist ikkwalifikat kif xieraq).

Jekk jogħġbok innota li ma tistax tingħata garanzija li dokument disponibbli onlajn jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment. Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss (l-edizzjoni stampata jew, mill- , l-edizzjoni elettronika fis-sit web tal-EUR-Lex) hu awtentiku u jipproduċi effetti legali.

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat mill-iżbalji tekniċi. Madankollu xi dejta jew informazzjoni fuq is-sit tagħna tista' tkun inħolqot jew ġiet strutturata f'fajls jew formati li jkun fihom xi żbalji, u ma nistgħux nagħtu garanzija li s-servizz tagħna mhux se jkun interrott jew affettwat b'mod ieħor minn problemi bħal dawn. Il-Kummissjoni ma taċċetta ebda responsabilità għal dawn il-problemi mġarrba bħala riżultat tal-użu ta' dan is-sit jew kwalunkwe siti esterni llinkjati.

Din id-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni f'każ ta' ksur ta' kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi taħt dik il-liġi.

© Unjoni Ewropea, 1995-2017

L-użu mill-ġdid huwa awtorizzat kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali. Il-politika dwar l-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni hi implimentata mid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2011 - l-użu mill-ġdid ta' dokumenti tal-Kummissjoni [PDF, 728 KB].

Il-prinċipju ġenerali tal-użu mill-ġdid jista' jkun suġġett għal kundizzjonijiet li jistgħu jkunu speċifikati f'avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur. Għalhekk, l-utenti huma avżati sabiex jirreferu għall-avviżi tad-dritt tal-awtur tas-siti web individwali miżmuma fis-sit Europa u fid-dokumenti individwali. L-użu mill-ġdid mhuwiex applikabbli għad-dokumenti suġġetti għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi.

Protezzjoni tad-Dejta Personali

L-Unjoni Ewropea hi impenjata biex tiżgura l-privatezza tal-utent.

Il-politika dwar il-"protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet Komunitarji" tissejjes fuq ir-Regolament 45/2001 dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet tal-UE [PDF, 234 KB] tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000.

Din il-politika ġenerali tkopri l-familja ta' siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropa, fi ħdan id-dominju .eu. Għalkemm int tista' tibbrawżja f’ħafna minn dawn is-siti web mingħajr ma tagħti ebda informazzjoni dwarek innifsek, f’xi każijiet, l-informazzjoni personali hija meħtieġa sabiex jiġu pprovduti s-servizzi elettroniċi li int qiegħda titlob. Is-siti web li jirrikjedu tali informazzjoni jittrattawha skont il-politika spjegata fir-Regolament imsemmi hawn fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-dejta tiegħek fl-istqarrijiet speċifiċi tagħhom dwar il-politika tal-privatezza.

F'dan ir-rigward

  • għal kull servizz elettroniku speċifiku, kontrollur jiddetermina l-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali u jiżgura l-konformità tas-servizz elettroniku speċifiku mal-politika tal-privatezza.

  • F'kull istituzzjoni, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu applikati u jagħti pariri lill-kontrolluri dwar it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom (ara l-Artikolu 24 tar-Regolament);

  • għall-istituzzjonijiet kollha, l-Uffiċjal Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta jaġixxi bħala awtorità indipendenti superviżorja (ara l-Artikoli 41 sa 45 tar-Regolament).

Il-familja ta' siti web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju .eu, tipprovdi links għal siti terzi. La ma nistgħux nikkontrollawhom, inħeġġuk taqra l-politiki tal-privatezza tagħhom.

X’inhu servizz elettroniku?

Is-servizz elettroniku fuq EUROPA huwa servizz jew riżorsa disponibbli fuq l-Internet sabiex tittejjeb il-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u n-negozji minn banda u l-istituzzjonijiet Ewropej mill-banda l-oħra.

Huma offruti jew se jiġu offruti 3 tipi ta’ servizzi elettroniċi minn EUROPA:

  1. servizzi ta’ informazzjoni li jipprovdu liċ-ċittadini, il-midja, in-negozji, l-amministrazzjonijiet u oħrajn li jieħdu d-deċiżjonijiet b’aċċess faċli u effettiv għall-informazzjoni biex b’hekk jiżdiedu t-trasparenza u l-fehim tal-politiki u tal-attivitajiet tal-UE
  2. servizzi ta’ komunikazzjoni interattivi li jippermettu kuntatti aħjar maċ-ċittadini, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-atturi pubbliċi u li b’hekk jiffaċilitaw konsultazzjonijiet dwar il-politiki, u mekkaniżmi ta’ feedback, sabiex jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika, l-attivitajiet u s-servizzi tal-UE
  3. servizzi tranżitorji li jippermettu l-aċċess għall-forom bażiċi kollha ta’ tranżazzjonijiet mal-UE, eż. xiri, operazzjonijiet finanzjarji, reklutaġġ, reġistrazzjoni għal avveniment, akkwist jew xiri ta’ dokumenti, eċċ.

Informazzjoni fi stqarrija speċifika ta’ privatezza

Stqarrija speċifika tal-politika ta’ privatezza jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-dejta tiegħek:

  • liema informazzjoni se tinġabar, għal liema skop u b’liema mezzi tekniċi l-UE tiġbor informazzjoni personali esklużivament sa fejn hemm bżonn biex jintlaħaq għan speċifiku. L-informazzjoni mhux se terġa’ tintuża għal skop inkompatibbli
  • lil min se tingħata l-informazzjoni tiegħek. L-UE tiżvela biss l-informazzjoni lil terzi persuni jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħaq/jintlaħqu l-iskop(ijiet) identifikat(i) hawn fuq u lir-riċevituri (jew kategoriji ta’ riċevituri) imsemmija. L-UE mhix se tikxef id-dejta personali tiegħek għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta
  • kif tista' taċċessa l-informazzjoni personali tiegħek, tivverifika l-eżattezza tagħha u, jekk meħtieġ, tirranġaha. Bħala suġġett tad-dejta, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek għal raġunijiet leġittimi konvinċenti, ħlief meta tkun miġbura sabiex ikun hemm konformità ma’ obbligu legali, jew tkun meħtieġa għat-twettiq ta’ kuntratt li inti parti fih, jew se tiġi użata għal skop li għalih inti tkun tajt il-kunsens mhux ambigwu tiegħek
  • għal kemm żmien tinżamm id-dejta tiegħek. L-UE żżomm biss id-dejta għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop tal-ġbir jew ipproċessar ulterjuri
  • il-miżuri ta’ sigurtà meħuda biex l-informazzjoni tiegħek tiġi ssalvagwardjata mill-possibbiltà ta’ użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat
  • lil min għandek tikkuntattja jekk ikollok mistoqsijiet jew ilmenti

Europa Analytics 

Europa Analytics hu s-servizz korporattiv li jkejjel l-effettività u l-effiċjenza tas-siti web tal-Kummissjoni Ewropea fuq EUROPA.

B'mod awtomatiku, dawk li jżuru s-sit web jiġu ttraċċati permezz tal-cookies persistenti tal-ewwel parti minn Europa. Tista’ tagħżel li ma tiġix intraċċat minn Piwik (esklużjoni). Jekk tbiddel fehmtek, tista’ tagħżel li terġa’ tiġi ntraċċat b’Piwik (inklużjoni).

Biex tiċċekkja l-istatus kurrenti tiegħek u tagħmel l-għażla tiegħek, immarka l-kaxxa korrispondenti fit-test li jidher hawn taħt.

Il-Kummissjoni Ewropea timmaniġġja s-sit web Interistituzzjonali (europa.eu) f’isem l-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE. Żur il-paġna tal-avviż legali segwenti biex tagħżel li ma tkunx intraċċat f'dawn il-paġni.

L-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE apparti l-Kummissjoni Ewropea (jiġifieri l-Parlament Ewropew) attwalment jużaw sistema ta’ Analytics tagħhom stess. Żur il-paġna tal-avviż legali tagħhom għal aktar informazzjoni

Meta tagħżel li ma tiġix intraċċat minn Piwik ma tkunx qed taffettwa l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek fuq is-siti ta' Europa.

Aktar dwar Europa Analytics

X'nagħmlu bl-emails li tibagħtulna?

Ħafna paġni web fuq Europa għandhom buttuna ta’ kuntatt, li tattiva s-softwer tal-email tiegħek u tistiednek biex tibgħat il-kummenti tiegħek f’kaxxa postali funzjonali speċifika.

Meta tibgħat dawn il-messaġġi, id-dejta personali tinġabar mingħand min jirċeviha biss sakemm ikun hemm bżonn biex iwieġeb. Jekk it-tim tal-ġestjoni tal-kaxxa postali ma jkunx jista' jwieġbek, jibgħat l-email tiegħek lil xi servizz ieħor. Inti tkun infurmat, b’email, dwar liema servizz tkun ġiet mgħoddija l-mistoqsija tiegħek.

Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tal-email tiegħek u d-dejta personali relatata, inkludihom fil-messaġġ tiegħek.